NOTA
Biex tipprevjeni grif oqgħod attent meta tkun qed tnaddaf l-uċuħ tal-istrumenti. Xi mudelli ta' muturi jistgħu jkollhom uċuħ tal-acrylic.
Spidometru
TWISSIJA
Ivvjaġġa permezz ta’ veloċitajiet xierqa għat-triq u l-kundizzjonijiet tagħha u tivvjaġġa qatt iktar mill-veloċità rakkomandata. Veloċità eċċessiva tista’ tikkawża t-telf tal-kontroll tal-vettura,u tista’ tirriżulta f’mewt jew korriment serju. (00008a)
Mudelli ħlief FLHR, FLHRC, FLHRXS: Ara Figura 1.
FLHR, FLHRC, FLHRXS: Ara Figura 2. L-ispidometru jirreġistra l-veloċità ’l quddiem tal-vettura f’mili fis-siegħa (Stati Uniti) jew kilometri fis-siegħa (internazzjonali).
L-istrument tad-dawl ta’ wara jiġi attivat wara dewmien qasir. Tibdil fid-dawl ambjentali, bħal meta tgħaddi minn mina, jista’ jbiddel id-dawl ta’ wara għal ftit.
Takometru
AVVIŻ
Ara t-taqsima RAMMOKANDAZZONIJIET TAL-OPERAR. Tħaddimx il-magna ’l fuq mill-RPM massimu tas-sigurtà kif muri taħt OPERAZZZJON (żona ħamra fuq t-takometru). Baxxi l-RPM billi taqleb fuq gear ogħla jew tnaqqas l-ammont tat-throttle. Nuqqas milli tbaxxi l-RPM jista' jikkawża ħsara lit-tagħmir. (00159a)
Mudelli ħlief FLHR, FLHRC, FLHRXS: Ara Figura 1. It-takometru jkejjel il-veloċità tal-magna f’revoluzzjonijiet fil-minuta (rpm x 100).
FLHR, FLHRC, FLHRXS: Ara Figura 2. Takometru diġitali jidher fit-tieqa tal-odometer.
Gejġ tal-Fjuwil
Il-gejġ tal-fjuwil jindika l-ammont approssimattiv tal-fjuwil fit-tank tal-fjuwil.
FLHR, FLHRC, FLHRXS: Il-gejġ tal-fjuwil qiegħed fuq in-naħa tax-xellug tat-tank tal-fjuwil. Ara Figura 3
Mudelli ħlief FLHR, FLHRC, FLHRXS: Ara Figura 1. Il-gejġ tal-fjuwil qiegħed fuq il-panew tal-istrument.
Voltmeter
Mudelli ħlief FLHR, FLHRC, FLHRXS: Ara Figura 1. Il-voltmeter jindika l-vultaġġ imkejjel tas-sistema elettrika. Bil-magna taħdem ’l fuq minn 1500 rpm, il-voltmeter għandu jirreġistra 13.0-14.5 V bil-batterija ċċarġjata kollha
Informazzjoni tal-Vettura: Mudelli ħlief FLHR, FLHRC, FLHRXS
Aktar informazzjoni tista’ tkun murija fi ħdan is-sistema tal-infotratteniment. Ara Taqsima Tħaddim → Boom! Kaxxa tas-sistema tal-infodivertiment.
1Fjuwil
2Spidometru
3Takometru
4Voltmeter
5It-tieqa tal-Odometru
Figura 1. Strumenti: Mudelli ħlief FLHR, FLHRC, FLHRXS
1Spidometru
2It-tieqa tal-odometru
Figura 2. Strumenti FLHR, FLHRC, FLHRXS
1L-arloġġ tal-fjuwil
2L-għatu tat-Tank tal-Fjuwil
Figura 3. Tank tal-Fjuwil: FLHR, FLHRC