Lampa għal Iċċekkjar tal-Magna
Ara Figura 1 u Figura 2 . Il-lampa tal-kontroll tal-magna tindika l-kundizzjoni tal-magna/sistema tal-ġestjoni tal-magna.
Il-lampa tal-kontroll tal-magna normalment tixgħel meta l-mutur jiġi startjat. F’dan il-waqt, is-sistema tal-ġestjoni tal-magna tkun għaddejja b’serje ta’ testijiet dijanjostiċi fuqha stess.
Jekk il-lampa tal-magna ma tintefhiex wara li tkun ġiet startjata l-magna jew tinxtegħel fi kwalunkwe ħin ieħor, kellem lill-aġent ta’ Harley Davidson.
Lampa tal-Livell Baxx ta’ Fjuwil
Solidu: Ara Figura 1 u Figura 2 . Il-lampa ta’ twissija ta’ fjuwil baxx tindika meta l-petrol fit-tank jilħaq livell baxx ta’ fjuwil (approssimattiv). Ara Taqsima Speċifikazzjonijiet għal-livell il-baxx tal-fjuwil. Ara Taqsima Tħaddim → Tieqa tad-Displejs tal-Odometru għal karatteristiċi tal-firxa tal-fjuwil.
Teptip: Jekk il-lampa tal-fjuwil itteptep kontinwament jew xorta tibqa’ mixgħula wara li t-tank ikun imtela, kellem lill-aġent ta’ Harley Davidson.
Lampa ta’ Skarikar tal-Batterija
Ara Figura 1 u Figura 2 . Il-lampa tal-iskarikar tal-batterija tindika sovrakkarigar jew sottokkarigar tal-batterija. Irreferi għal Taqsima Il-Proċeduri tas-Service → Manutenzjoni tal-batterija .
Lampa tas-Sigurtà
Ara Figura 1 u Figura 2 . Il-lampa tas-sigurtà turi l-istat tas-sistema tas-sigurtà kif ukoll it-testijiet dijanjostiċi elettriċi tal-mutur. Irreferi għal Taqsima SISTEMA TAS-SIGURTÀ għat-tħaddim tas-sistema tas-sigurtà.
Teptip: Is-sistema tas-sigurtà hija attivata.
Solidu (sistema ta' sigurtà attivata): L-alarm ġie attivat.
Solidu (sistema ta’ sigurtà diżattivata): Jekk il-lampa tibqa’ mixgħula, ara aġent ta’ Harley Davidson.
Fanali tal-Indikaturi tad-Dawran
Teptip: Sinjal ta’ tidwir ġie attivat. Meta it-teptiepa ta’ twissija 4-way ikunu qed joperaw, iż-żewġ indikaturi tad-direzzjoni ipetptu fl-istess ħin.
Teptip rapidu: Bozza senjalitika tad-tidwir mhix taħdem. Eżerċita kawtela u uża sinjali bl-idejn. Biddel komponenti inoperattivi mal-ewwel opportunità.
Fanal ta’ Quddiem b’Raġġ Għoli
Ara Figura 1 u Figura 2 . Il-lampa b’raġġ għoli tal-fanal ta’ quddiem tkun mixgħula meta jiġi attivat is-swiċċ tar-raġġ għoli jew tat-teptip biex tgħaddi.
Fanal tan-Newtral
Ara Figura 1 u Figura 2 . Il-lampa tan-newtral tkun tixgħel meta t-trasmissjoni tkun fil-pożizzjoni newtrali.
Lampa ta’ Cruise Control
Mitfija: Cruise control mhux attivat.
Oranġjo: Cruising control attivat. Il-cruising speed mhux issettjat jew diżingaġġat.
Aħdar: cruising speed issettjat. Il-veloċità tal-mutur qed tiġi miżmuma mis-sistema ta’ cruise control
Fanal Indikatur Awżiljarju/tal-Iċpar
Il-fanal indikatur awżiljarju/tal-iċpar ikun mixgħul meta l-lampi awżiljarji/tal-iċpar jiġu mixgħulin.(fuq mudelli mgħammra)
Indikatur tal-Ingranaġġ
Ara Figura 1 . Fuq mudelli mgħammra, l-ingranaġġ attwalment magħżul (1-6) jiġi muri fit-tieqa tal-odometru. L-indikatur tal-ingranaġġ huwa kkalkolat mill-veloċità tal-vettura u l-veloċità tal-magna. L-indikatur tal-ingranaġġ jibqa’ mitfi meta t-trassmissjoni tiġi newtrali, il-lieva tal-klaċċ tinġibed ’l ġewwa jew il-vettura mhix miexja.
L-indikatur tal-ingranaġġ jista’ jkun momentarjament ineżatt skont l-użu tal-klaċċ mis-sewwieq u jekk il-klaċċ hux deterjorat. Dan jista' jiġri jekk il-klaċċ jitħalla jiżloq minħabba deterjorament eċċessiv, klaċċ mhux aġġustat tajjeb jew l-operatur li qed isuq il-mutur.
Lampa tal-ABS
TWISSIJA
Jekk il-fanal tal-ABS ikompli jteptep f' veloċitajiet akbar minn 5 km/h (3 mph) jew jibqa’ mixgħul il-ħin kollu, l-ABS mhux qed jaħdem. Is-sistema standard tal-brejk hija operazzjonali, imma jista’ jseħħ l-illukjar tar-rota. Ikkuntattja aġent tal-Harley-Davidson biex tirranġa l-ABS. Rota llukkjata se tiskiddja u tista’ tikkawża t-telf tal-kontroll tal-vettura, jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00361b)
Teptip: Ara Figura 1 u Figura 2 . Fuq vetturi b’ABS, Il-lampa tal-ABS tibda tteptep meta l-vettura tkun mixgħula. Il-lampa tteptep tindika li s-sistema qiegħda f’modulu ta’ awtodijanjożi. Tkompli tteptep sakemm il-veloċità tal-mutur teċċedi 5 km/h (3 mph) . L-ABS ma jaħdimx sakemm tintefa l-lampa.
Solidu: Dawl tal-lampa mixgħul b’mod kontinwu jindika li l-ABS mhux jaħdem tajjeb. L-ABS jiġi diżattivat u l-frenijiet jaħdmu bħala frenijiet mhux-ABS. Ara l-aġent ta’ Harley Davidson għas-servizz ta’ manutenzjoni.
Lampa tat-Temperatura tar-Refriġerant tal-Magna
TWISSIJA
Tħollx jew tneħħix l-għatu tal-pressjoni meta is-sistema tat-tkessiħ tkun taħraq. Is-sistema ta ' tkessiħ hija taħt pressjoni u likwidu tat-tkessiħ sħun u fwar jistgħu joħorġu mill-kappa li jistgħu jikkawżaw ħruq gravi. Ħalli l-mutur jibred qabel tagħmel service lis-sistema tat-tkessiħ. (00091c)
AVVIŻ
Jekk l-indikatur tal-fanal tal-likwidu għat-tkessiħ tal-magna jibqa' mixgħul, dejjem iċċekkja l-livell tal-likwidu tat-tkessiħ. Jekk il-livell tal-likwidu tat-tkessiħ huwa normali u l-lampa hija xorta waħda mixgħula, waqqaf il-magna minnufih u tibqax issuq sakemm issib il-problema fejn hi u jkunu saru t-tiswijiet meħtieġa. Nuqqas milli tagħmel hekk jista’ jirriżulta fi ħsara tal-magna. (00158a)
Ara Figura 1 . Fuq vetturi mkessħa b’mod tewmi il-fanal tat-temperatura tar-refriġerant tal-magna jinxtegħel meta r-refriġerant ikun qabeż it-temperatura ta’ riferiment.
Iċċekkja u żid ir-refriġerant kif meħtieġ. Ara Taqsima Manutenzjoni u Lubrikazzjoni → Sistema ta’ Tberrid: . Għal problemi oħra possibbli marbuta mas-sistema tar-refriġerant, ara Taqsima Troubleshooting → Sistema tat-Tberrid: Mudelli Twin-Cooled .
Jekk il-livell ta’ refriġerant ikun suffiċċjenti u l-lampa tibqa’ mixgħula, waqqaf il-magna immedjatament. Ara aġent ta’ Harley Davidson għal servizz ta’ manutenzjoni.
Lampa tal-Pressjoni taż-Żejt
AVVIŻ
Jekk l-indikatur tal-fanal tal-pressjoni taż-żejt jibqa’ mixgħul, dejjem iċċekkja l-provvista taż-żejt l-ewwel. Jekk il-provvista taż-żejt hija normali u l-lampa hija xorta waħda mixgħula, waqqaf il-magna minnufih u tibqax issuq sakemm issib il-problema fejn hi u jkunu saru t-tiswijiet meħtieġa. Nuqqas milli tagħmel hekk jista’ jirriżulta fi ħsara tal-magna. (00157a)
Ara Figura 1 u Figura 2 . Il-lampa tal-pressjoni taż-żejt tixgħel meta l-mutur jiġi startjat. Il-lampa tibqa’ mixgħula sakemm tiġi startjata l-magna.
Jekk il-lampa tkun mixgħula waqt li l-magna tkun qed taħdem, mhux jiċċirkola żejt biżżejjed ġewwa l-magna.
Iċċekkja u żid iż-żejt tal-magna kif meħtieġ. Ara Taqsima Manutenzjoni u Lubrikazzjoni → Iċċekkja l-Livell taż-Żejt tal-Magna. . Għal aktar kawżi possibbli, ara Taqsima Troubleshooting → Magna .
Jekk il-livell taż-żejt tal-magna huwa suffiċċjenti u l-lampa tibqa’ mixgħula, waqqaf il-magna immedjatament. Ara l-aġent ta’ Harley Davidson għas-servizz ta’ manutenzjoni.
1Fjuwil baxx
2Fanali tal-indikaturi tad-direzzjoni
3Pressjoni taż-żejt
4Indikatur tal-Gear
5Newtrali
6Iċċekkja l-magna
7Cruise controll
8Sigurtà
9Fanal ta’ quddiem b’raġġ għoli
10Indikatur tal-bozza awżiljarja/taċ-ċpar
11ABS (il-lampa ikona ta’ km/h tal-ABS murija wkoll)
12Temperatura tar-tkessih tal-magna
13Skarikar tal-batterija
14Senser tad-dawl (mhux indikatur)
15Mhux użat
Figura 1. Bozoz tal-indikatur: Mudelli ħlief FLHR, FLHRC, FLHRXS
1Iċċekkja l-magna
2ABS (il-lampa ikona ta’ km/h tal-ABS murija wkoll)
3Fjuwil baxx
4Sigurtà
5Cruise controll
6Skarikar tal-batterija
7Fanali indikaturi tad-tidwir
8Raġġ għoli
9Newtrali
10Pressjoni taż-żejt
Figura 2. Fanali Indikaturi FLHR, FLHRC, FLHRXS