Il-kompartiment tal-midja għandu port tal-USB biex jaqbad ma’ telefown, tagħmir tal-midja u USB drive. Uża kejbil tal-interface biex taqbad ma' dawn il-mezzi. Il-port tal-USB jiġi attivat u jibda jopera meta l-mutur jiġi startjat jew ikun fuq il-modulu t’aċċessorju.
Il-mezzi jistgħu jiġu miżjuda jew jitneħħew meta r-radju jkun mixgħul. Madankollu, meta tkun qed tagħmel importazzjoni/esportazzjoni ta’ fajls jew tinstalla aġġornamenti għal fuq ir-radju, tiskonnettjax l-apparat tal-USB sakemm il-biċċa xogħol tkun lesta.
Żomm il-bieba tal-kompartament magħluqa biex tevita li oġġetti ma jaqgħux. Qabel ma’ tħalli l-vettura mingħajr sorveljanza, ara li tneħħi l-oġġetti ta’ valur minn ġewwa l-kompartiment tal-midja.
NOTA
Ara li ma tużax media players ma’ hard drives. Il-vibrazzjoni tista’ tikkawża ħsara interna fit-tagħmir.
Il-kompartimenti tal-midja/ħażna: FLTRU, FLTRX, FLTRXS
Ara Figura 1 . Il-kompartimenti ta' ħżin huma fuq in-naħa tal-lemin u tax-xellug tal-fairing. Il-port tal-USB għat-tagħmir tal-midja huwa fil-kompartiment tan-naħa tal-lemin.
Iftaħ: Iġbed il-bieba tal-kompartiment kif muri.
Tindif: l-inserzjoni magħmula mil-lastku jew drapp fil-kompartiment hija mwaħħla b’ganċ u tejp li jissikka bi qfil u tista’ tinqalgħa għat-tindif.
Il-Kompartament tal-Midja FLHT, FLHTCU, FLHTK, FLHTKL, FLHTK Shrine, FLHX, FLHXS
NOTA
Il-kompartiment tal-midja tal-FLHT ma fihx kejbil jew cradle tal-USB.
Ara Figura 2 u Figura 3 . Vetturi oħra għandhom kompartiment tal-midja fuq in-naħa tal-lemin tar-radju kif muri. Daħħal il-fown jew it-tagħmir tal-midja fil-bradella tal-fowm biex it-tagħmir ma jiċċaqlaqx u jiġi iżolat mill-vibrazzjonijiet.
Ftuħ: Imbotta l-biċċa t’isfel tal-bieba u erħi biex tiftaħ.
Għeluq: Imbotta sew il-bieba sakem il-lukett jorbot
Irrisettja l-qafla tal-bieba: Jekk il-bieba tal-kompartiment ġiet sfurzata biex tinfetaħ jew mhix qed tingħalaq kif suppost, issettja mill-ġdid il-lukett tal-bieba. Imbotta l-bieba sakemm tingħalaq. Iftaħ il-bieba. Agħlaq il-bieba darb’oħra biex tingaġġa l-mekkaniżmu tal-lukkett.
Tindif: l-bradella tista’ tinqala’ għat-tindif jew biex tassisti fl-installazzjoni jew it-tneħħija ta' tagħmir mill-kompartiment.
Figura 1. Kompartiment tal-Ħżin/Midja: Fairing Immuntat fuq Frejm
Figura 2. Il-Kompartament tal-Midja Fairing Immuntat b’Furketta
1USB port
2Bradella
Figura 3. USB Port: Fairing Immuntat b’Furketta