Ara Figura 1. Xi muturi għandhom lieva tax-shift heel-toe. Tibdil ’il fuq jistgħu jsiru bl-għarqub tas-sieq tax-xellug. Tibdil ’il fuq u tibdil ’l isfel jsitgħu jsiru bis-saba’ tas-sieq.
Tibdil ’l isfel (saba’ tas-sieq): Imbotta l-lieva tax-shift tas-saba’ tas-sieq s’isfel nett (stroke sħiħa).
Tibdil ’il fuq (saba’ tas-sieq): Għolli l-lieva tax-shift tas-saba’ tas-sieq sa fuq nett (stroke sħiħa).
Tibdil ’il fuq (għarqub): Imbotta l-lieva tax-shift tal-għarqub s’isfel nett (stroke sħiħa).
Irrilaxxa l-lieva tax-shift heel-toe wara kull bidla tal-ger biex tippermetti l-lieva tirritorna lejn il-pożizzjoni taċ-ċentru tagħha qabel bidla ta' ger ieħor.
NOTA
L-għoli tal-lieva tax-shift heel-toe tista’ tiġi aġġustata għall-preferenza tar-rikkieb. Ivverifika li l-moviment tal-lieva sħiħa hija disponibbli wara l-aġġustament. Ara l-Manwali tas-Servizz.
Figura 1. Lieva ta’ Shift tas-Sieq Heel-Toe