Ara Figura 1 . Mudelli bil-fairing għandhom kompartiment tal-midja fid-dashboard li huwa użat biex terfa’ xi affarijiet żgħar.
NOTA
Il-port tal-USB mhuwiex mqabbad f'dan il-ħin.
Iftaħ: Ara Figura 1. Imbotta l-biċċa t’isfel tal-bieba u erħi.
Agħlaq: Agħfas il-bieba ’l ġewwa sakemm il-lukkett jagħlaq.
Irrisettja l-lukkett tal-bieba: Jekk il-bieba tal-kompartiment ġiet sfurzata biex infetħet jew mhix qed tingħalaq kif suppost, jista’ jkun li l-lukkett irid jiġi rrisettjat:
  1. Imbotta l-bieba sakemm tingħalaq.
  2. Iftaħ il-bieba.
  3. Agħlaq il-bieba darb’oħra biex tingaġġa l-mekkaniżmu tal-lukkett.
Waqt li tkun issuq żomm il-bieba magħluqa biex l-oġġetti ma jaqgħux. Qabel ma’ tħalli l-vettura mingħajr sorveljanza, ara li tneħħi l-oġġetti ta’ valur minn ġewwa l-kompartiment tal-midja.
Il-cradle infurrata tista’ tinqala’ biex il-kompartiment tal-media jiġi mnaddaf. Installa l-cradle qabel ma tibda ssuq biex it-tagħmir tal-media ma jkunx jista’ jiċċaqlaq fil-kompartiment u biex il-vibrazzjoni tiġi mnaqqsa.
Figura 1. Inżul ta’ bieb ta’ kompartiment tal-media