Biex Taqilgħu
  1. Ħoll il-vit li hemm fil-qiegħ tal-bieba tal-fanal ta’ quddiem (anell tal-kromju).
  2. Dawwar il-bieba kontra l-arloġġ għal ftit gradi. Iġbed l-bieba tal-fanal dritt ’il barra biex taqlagħha.
  3. Ara Figura 1. Neħħi l-viti (1) li jżommu l-irbit tal-anell.
  4. Neħħi l-fanal ta’ quddiem. Skonnettja l-konnetturi tal-fanal ta’ quddiem.
1Kamin li jorbot il-fanal ta’ quddiem (3)
2Kamin li jaġġusta l-bozza ta’ quddiem (3)
Figura 1. Ċirku li jżomm il-bozza ta’ quddiem
Installazzjoni
1. Installa l-konnetturi tal-fanal ta’ quddiem.
2. Issikka l-assemblaġġ tal-fanal ta’ quddiem b'anell ta’ rbit u viti (1). Issikka sa 2,6–2,9 N·m (23–26 in-lbs).
3. Installa l-bieba tal-fanal ta’ quddiem (anell tal-kromju):
a. Ivverifika li s-siġill tal-gomma qiegħed f’postu fuq il-bieba tal-fanal. Applika prodott li jnaddaf il-ħġieġ biex tissiġilla u biex tiffaċilita l-installazzjoni.
b. Bil-bieba tal-fanal imdawra għal ftit gradi kontra l-arloġġ, imbotta l-bieba tal-fanal dritt ’l ġewwa fuq il-fanal.
c. Dawwar favur l-arloġġ sakemm il-vit ikun jista’ jiġi installat. Issikka sa 1–2 N·m (9–18 in-lbs).
Tibdil tal-Bozza: Tip tal-Aloġenu
TWISSIJA
Qandel il-bozza bil-galbu u ilbes l-protezzjoni għall-għajnejn. Il-bozza fiha gass taħt pressjoni li, jekk mhux imqandla b'attenzjoni, tista’ tikkaġuna ħsara serja fl-għajnejn. (00062b)
AVVIŻ
Meta sostituzzjoni hija meħtieġa, uża biss l-unità ta’ beam jew bozza issiġillata, disponibbli mingħand l-aġent tal-Harley-Davidson. Beam jew bozza ssiġillata b’wattage skorrett, jista’ jikkawża problemi fis-sistema tal-iċċarġjar. (00209a)
NOTA
Dan il-muntaġġ tal-fanal ta’ quddiem juża bozoz tal-aloġenu tal-kwarz separati għar raġġ baxx u għar raġġ għoli. Mudelli HDI wkoll għandhom bozza għall-fanal ta’ pożizzjoni.
1. Biex tneħħi l-assemblaġġ tal-fanal ta’ quddiem
2. Skonnettja l-konnessjonijiet tal-wire harness minn mal-bozoz.
3. Dawwar l-assemblaġġ tal-bozza bi kwart ta’ dawra sħiħa kontra l-arloġġ biex tneħħiha mir-riflettur/lenti.
AVVIŻ
Qatt tmiss il-bozza tal-kwarz. Marki tas-swaba se jinċidu fuq il-ħġieġ u jnaqqsu l-ħajja tal-bozza. Qandel il-bozza b’karta jew ċarruta nadifa u xotta. Nuqqas milli tagħmel hekk jista’ jirriżulta fi ħsara tat-tagħmir. (00210b)
4. Daħħal bozza ġdida fir-riflettur/lenti. Dawwar il-bozza kwart ta’ tidwira favur l-arloġġ
5. Mudelli HDI: Dawwar l-irbit tal-bozza tal-fanal ta’ pożizzjoni kwart ta’ tidwira kontra l-arloġġ biex tneħħiha. Biddel il-bozza. Installa l-irbit tal-bozza fil-housing tal-fanal.
6. Qabbad il-konnetturi tal-wiring harness mal-bozoz.
7. Issikka l-armar tal-assemblaġġ tal-fanal ta’ quddiem u l-bieba tal-fanal.
Tibdil tal-Bozza: Tip LED
Il-fanal ta’ quddiem tal-LED m’għandux bozoz li jistgħu jinbidlu. Biddel l-assemblaġġ kollu jekk tiġri ħsara.