Attivar
Meta l-mutur ikun ipparkjat u l-ignition mdawwar fuq MITFI jew AĊĊESSORJU, is-sistema tas-sigurtà tiġi attivata awtomatikament fi żmien ħames sekondi jekk ma jkun hemm ebda moviment. Anke meta l-fob ikun fil-qrib, is-sistema tiġi attivata.
Meta tattivah, is-sinjali tad-dawrien iteptpu darbtejn. Meta s-sistema ta’ sigurtà tiġi attivata, il-bozza indikatur fuq wiċċ l-ispeedometer tteptep kull tliet sekondi.
Diżattivar
Bil-fob preżenti, is-sewwieq jista’ jsuq jew imexxi l-mutur biex jipparkja, jerfa’ jew jagħti servizz mingħajr ma ddoqq l-allarm. Id-diżattivar huwa awtomatiku sakemm il-fob ikun qiegħed viċin biżżejjed tal-mutur.
Fob: Sistema ta’ sigurtà attivata tiġi diżattivata awtomatikament meta l-fob huwa preżenti u l-mutur jitmexxa jew l-iswiċċ li tistartja bih jiġi mdawwar fuq IGNITION jew AĊĊESSORJU. Il-firxa tal-fob hija 1,5 m (5 ft).
Meta s-sistema tiġi diżattivata, il-bozza indikatur tas-sigurtà tixgħel għal erba’ sekondi mbagħad tintefa’.
Numru ta’ identifikazzjoni personali (PIN): jekk il-fob jintilef jew jekk il-fob preżenti jonqos milli jaħdem, is-sistema tista’ tiġi diżattivata bin-numru ta’ identifikazzjoni personali (PIN). Irreferi għal Tabella 1.
Diżattivar bil-PIN
Agħmel diżattivar tas-sistema ta’ sigurtà manwalment bl-użu tal-PIN jekk il-fob ġiet mitlufa, il-batterija tal-fob qegħda bla ċarġ jew jekk fejn inti pparkjat hemm interferenza elettromanjetika qawwija.
Iddawwarx il-handlebars, tirkibx fuq is-sit u tirfgħax il-mutur minn fuq il-jiffy stand. Waqt id-diżattivar bil-PIN, jekk is-sistema ta’ sigurtà tinnota xi moviment fil-mutur is-sistema tattiva l-alarm.
NOTA
  • Jekk isir xi żball waqt li jkun qed jiddaħħal il-PIN, dawwar is-swiċċ li tistartja bih fuq MITFI qabel iddaħħal l-aħħar numru mbagħad ibda l-proċedura mill-bidu.
  • Jekk din il-proċedura ma tiddiżattivax is-sistema ta’ sigurtà, stenna żewġ minuti qabel ma tagħmel tentattiv ieħor ta’ diżattivar bil-PIN.
  • Is-sistema ta’ sigurtà tibqa' diżattivata sakemm TITFI l-ignition.
  • F'kull ħin matul id-diżattivar bil-PIN jekk il-fob jinġab fid-distanza meħtieġa, is-sistema ta’ sigurtà tiġi diżattivata minħabba li l-modulu jirċievi s-sinjal kodifikat mill-fob.
Tabella 1. Biex iddaħħal PIN ħalli s-Sistema ta’ Sigurtà tiġi Diżattivata
PASS
NRU.
AZZJONI
STENNA GĦALL-KONFERMA
NOTI:
1
Jekk meħtieġ, ivverifika l-PIN kurrenti magħmul minn 5 figuri.
Għandu jiġi rreġistrat.
2
Dawwar l-Ignixin għal IGN .
Jekk attivat, id-display fit-tieqa tal-odometru ser turi: DAĦĦAL IL-PIN u l-fanal tas-sigurtà se jibda jteptep b’rata mgħaġġla. Il-fanal ta’ quddiem mhux se jkun mixgħul.
3
Agħfas u itlaq l-iswiċċ tas-sinjal li jindika x-xellug.
Fit-tieqa tal-odometru, se jidher 1 iteptep.
4
Żid iċ-ċifra billi tagħfas fuq is-sinjal li jindika x-xellug sakemm it-tieqa tal-odometru turi l-ewwel ċifra tal-PIN.
L-ewwel ċifra diġitali fl-odometru tkun l-ewwel ċifra tal-PIN.
5
Agħfas il-lemin dawwar l-iswiċċ 1 darba.
L-ewwel ċifra tiġi maħżuna u ċ-ċifra li jmiss tibda tpetpet.
Tintuża bħala l-buttuna ‘enter’ (daħħal).
6
Żid it-tieni ċifra billi tuża l-iswiċċ li jindika x-xellug sakemm iċ-ċifra tilħaq it-tieni ċifra tal-PIN.
It-tieni ċifra diġitali fl-odometru tkun it-tieni ċifra tal-PIN.
7
Agħfas il-lemin dawwar l-iswiċċ 1 darba.
It-tieni ċifra tiġi maħżuna u ċ-ċifra li jmiss se tibda tpetpet.
Tintuża bħala l-buttuna ‘enter’ (daħħal).
8
Żid it-tielet ċifra billi tuża l-iswiċċ li jindika x-xellug sakemm jilħaq it-tielet ċifra tal-PIN.
It-tielet ċifra diġitali fl-odometru tkun it-tielet ċifra tal-PIN.
9
Agħfas il-lemin dawwar l-iswiċċ 1 darba .
It-tielet ċifra tiġi maħżuna u ċ-ċifra li jmiss se tibda tpetpet.
Tintuża bħala l-buttuna ‘enter’ (daħħal).
10
Żid ir-raba’ ċifra billi tuża l-iswiċċ li jindika x-xellug sakemm jilħaq ir-raba’ ċifra tal-PIN.
Ir-raba’ ċifra diġitali fl-odometru tkun ir-raba’ ċifra tal-PIN.
11
Agħfas il-lemin dawwar l-iswiċċ 1 darba.
Ir-raba’ ċifra tiġi maħżuna u ċ-ċifra li jmiss tibda tpetpet.
Tintuża bħala l-buttuna ‘enter’ (daħħal).
12
Żid il-ħames ċifra billi tuża l-iswiċ li jindika x-xellug sakemm jilħaq il-ħames ċifra tal-PIN.
Il-ħames ċifra diġitali fl-odometru tkun il-ħames ċifra tal-PIN.
13
Agħfas il-lemin dawwar l-iswiċċ 1 darba .
Il-ħames ċifra tiġi maħżuna. Il-lampa tal-indikatur tas-sistema tas-sigurtà tieqaf tpetpet.
Is-Sistema tas-Sigurtà hija diżattivata.