L-Ignixin mhux attivat
Meta l-fob ma tkunx preżenti u s-sistema hija armati, jekk l-iswiċċ tal-ignixin ikun imdawwar fuq IGNITION jew ACCESSORY, il-fanal tas-sigurtà jibda iteptep b'rata mgħaġġla u fit-tieqa tal-odometru se jidher "ENTER PIN". Il-fanal ta’ quddiem mhux se jixgħel.
Wara bejn wieħed u ieħor 10 sekondi, jekk is-sistema ma tirċevix input mill-iswiċċ tal-indikatur tax-xellug, it-tieqa tibda tidher vojta. Is-sistema tal-ignixin se tibqa’ diżattivata sakemm il-fob tkun preżenti jew jiddaħħal il-PIN kurrenti.
Twissijiet
Ladarba armati, jekk il-mutur jiġi mċaqlaq jew mgħolli ’l-fuq mill-jiffy stand u l-fob ma tkunx preżenti, l-allarm se javża lill-operatur bi tliet teptipiet b’mod alternattiv tal-indikaturi.
Fi żmien erba sekondi, jekk il-mutur jerġa’ jkun lura fuq il-jiffy stand u l-ebda ċaqliq oħra u/jew l-ignixin ikun imdawwar fuq OFF, is-sistema tibqa’ armati mingħajr l-attivazzjoni tal-allarm.
Jekk iċ-ċaqliq tal-mutur ikompli, is-sistema toħroġ it-tieni twissija erba’ sekondi wara tal-ewwel.
NOTA
Matul it-twissijiet u allarmi, il-katalist tall-mutur u ċ-ċirkwiti tal-ignixin huma diżattivati.
L-Attivazzjoni tal-Allarm
Jekk is-sistema tas-sigurtà xorta qed tirreġista xi ċaqliċ u/jew jekk l-ignixin ma kienx imdawwar lura fuq OFF wara t-tieni twissija, is-sistema ser tattiva l-allarm.
Meta tkun attivata, is-sistema tas-sigurtà iteptep b’mod alternattiv l-erba’ indikaturi.
Tul: l-allarm tieqaf fi żmien 30 sekonda u jekk ma tirreġistrax l-ebda ċaqliq, l-allarm ma terġax titlaq.
Madankollu, jekk iċ-ċaqliq tal-mutur, is-sistema tirrepeti l-allarm ta’ 30 sekonda u terġa’ tiċċekkja jekk hemmx ċaqliq. L-allarm jirrepeti dan iċ-ċiklu tat-tieni allarm ta’ 30 sekonda għal ħames minuti (10 ċikli) jew sakemm l-allarm ikun diżattivat.
NOTA
L-allarm tattiva wkoll l-moduli tal-LED, tal-vibrazzjonijiet jew akustiċi ta’ pager tas-sigurtà Harley Davidson. L-erja ta’ attivazzjoni tal-pager tista’ tkun sa 0,8 km (0.5 mi). Kellem lil aġent ta’ Harley Davidson għad-dettalji.
Biex titfi l-Allarm