AVVIŻ
Tipprova qatt tbagħbas jew timmodifika l-odometru tal-vettura. Dan hu illegali. Tbagħbis jew l-immodifikar tal-odometru jista’ jikkawża ħsara lit-tagħmir. (00160a)
NOTA
Odometru
Ara
Figura 1
.
L-odometru juri d-distanza totali akkumulata tal-mutur. Agħfas is-swiċċ tat-trigger biex iddur dawra mal-funzjonijiet differenti tal-odometru. Waqt li l-mutur ikun mitfi l-odometru jista’ jinqara billi tagħfas is-swiċċ tat-trigger.
Biex tbiddel l-unitajiet:
Uża l-funzjoni tas-setup fir-radju biex tbiddel l-unitajiet tal-odometru għal ENGLISH UNITS (Unitajiet Ingliżi) jew METRIC (Metriċi).
Ara Il-MANWAL TAS-SID ta' BOOM! BOX. Il-funzjonijiet kollha tal-odometru juru l-unitajiet magħżula.
Odometri tal-Vjaġġi
Ara
Figura 1
.
Iż-żewġ odometri tal-vjaġġi (A u B) juru t-total ta’ distanzi akkumulati minn mindu jkunu ġew risettjati l-aħħar. Biex tiċċekkja, agħfas u rrilaxxa s-swiċċ tal-grillu sakemm jidher l-odometru tal-vjaġġ mixtieq (A jew B).
Irrisettja:
Bl-odometru tal-vjaġġ mixtieq jidher (A jew B), agħfas u żomm is-swiċċ tat-trigger sakemm l-odometru tal-vjaġġ magħżul jirrisettja fuq żero.
Gejġ tal-Fjuwil
Ara
Figura 1
.
Id-display tal-gejġ tal-fjuwil juri d-distanza disponibbli approssimattiva bl-ammont ta' fjuwil li jkun baqa’ fit-tank tal-fjuwil. Id-display tal-gejġ tiġi aġġornata biss meta l-vettura tkun miexja.
Display tal-Gejġ tal-Fjuwil:
Bil-mutur imqabbad jew inkella waqt li jkun f’accessory mode, agħfas is-swiċċ tat-trigger sakemm il-gejġ tal-fjuwil tibda tidher.
Il-gejġ tal-Fjuwil turi l-ittra “R” fin-naħa tax-xellug tal-iskrin. Tidher id-distanza kkalkolata li jifdal (mili jew kilometri) qabel ma jiġi muri li t-tank vojt, ibbażata fuq l-ammont tal-fjuwil fit-tank.
Livell Baxx ta’ Fjuwil:
Il-gejġ tal-fjuwil tidher awtomatikament fl-odometru meta tixgħel il-lampa li turi li l-livell tal-fjuwil hu baxx.
L-odometru juri "LO RNG" meta l-gejġ tal-fjuwil taqa’ għal 10 mili jew 10 kilometri. Il-mutur jinsab kważi mingħajr fjuwil. Erġa’ agħti l-fjuwil kemm jista’ jkun malajr.
Ara
Taqsima Speċifikazzjonijiet
.
Biex Titfi l-Popup Awtomatiku li juri livell Baxx ta’ Fjuwil:
Waqt li l-gejġ tal-fjuwil tkun tidher fuq l-iskrin, agħfas is-swiċċ tat-trigger sakemm il-gejġ tpetpet darbtejn.
Biex terġa’ tixgħel din il-karatteristika, żomm is-swiċċ tat-trigger sakemm il-gejġ tal-fjuwil tpetpet darba.
Risettjar:
Biex tirrisettja l-lampa ta' twissija għal livell baxx ta’ fjuwil kif ukoll il-gejġ tal-fjuwil jeħtieġ lI jkun hemm biżżejjed fjuwil fit-tank u bidla ċiklika fl-ignition (RUN-OFF-RUN).
Iż-żieda ta' mill-inqas
7,6 L (2 USgal)
ta’ fjuwil tippermetti l-aġġornament tal-gejġ tal-fjuwil.
Il-medda tal-karburant bil-mod taġġorna madwar
48 km (30 mi)
wara t-teħid mill-ġdid ta’ fjuwil.
Konnessjoni mill-ġdid tal-Batterija u Inizjalizzazzjoni:
Jekk il-batterija tkun skonnettjata u mqabbda mill-ġdid, il-gejġ ikun jeħtieġ madwar nofs tank ta’ fjuwil biex jerġa’ jibda jiffunzjona.
Pressjoni tat-Tajers
Ara
Figura 1
.
It-TPMS timmonitorja u turi l-pressjoni tat-tajers, kemm għar-rota ta’ quddiem kif ukoll għal dik ta’ wara, fit-tieqa tal-odometru.
Hemm sensor mqabbad mal-valve stem ġewwa kull tajer. Is-sensors jibgħatu sinjal lill-mutur f'intervalli li jvarjaw skont jekk il-vettura tkunx miexja jew ipparkjata fuq il-jiffy stand.
Biex turi l-pressjoni fit-tajers:
Agħfas is-swiċċ tat-trigger biex turi l-pressjoni tat-tajer ta’ quddiem (FR).
Erġa’ agħfas is-swiċċ tat-trigger biex turi l-pressjoni tat-tajer ta’ wara (RR).
NOTA
Tużax is-sistema tat-TPMS bħala pressure gauge meta tkun qed iżżid jew tneħħi l-arja minn ġewwa tajer. Tagħrif mis-sensors jintbagħat lit-TPMS f’intervalli li jvarjaw (li jiddependu jekk il-vettura hiex miexja, ipparkjata fuq il-jiffy stand, jew jekk għandhiex xi bidla sinifikanti fil-pressjoni tat-tajers). L-informazzjoni dwar il-pressjoni tat-tajer jista’ jkun li ma tiġġeddidx mill-ewwel meta tkun qed iżżid jew tneħħi arja mit-tajer. Jista’ jirriżulta infiħ żejjed jew nieqes.
Taqsima Qabel s-Sewqan → Iċċekkjar tal-Pressjoni tat-Tajer u Spezzjonar tat-Tajers → Tajers Speċifikati
jindika l-pressjoni speċifikata għall-tajers waqt li huma kesħin (vettura pparkjata għal mill-anqas tliet sigħat).
Il-pressjoni tiżdied hekk kif it-tajers jisħnu.
L-ebda informazzjoni dwar pressjoni fit-tajer:
Jekk is-sistema m'għandhiex informazzjoni għall-pressjoni attwali tat-tajer, it-tieqa tal-odometru turi linji fir-rigward tat-tajer affetwat (per eżempju FR -- ).
Dan jista’ jiġi kkawżat minħabba nuqqas ta’ sinjal riċenti mis-sensors tat-TPMS jew xi ħsara oħra. Iċċekkja l-lampa tal-pressjoni baxxa fit-tajer/ħsara fit-TPMS.
Ara
Taqsima Tħaddim → Strumenti
.
Indikatur tal-Inklinar
TWISSIJA
Jekk it-tipp isseħħ, iċċekkja il-kontrolli kollha għal operazzjoni xierqa. Moviment tal-kontroll ristrett jista’ jaffettwa ħażin il-prestazzjoni tal-brejkijiet, klaċċ jew l-abilità biex taqleb il-gear, li jistgħu jirriżultaw f’telf ta’ kontroll tal-vettura u mewt jew korriment serju. (00350a)
Ara
Figura 2
.
Jekk il-mutur jinklina, il-kelma “TIP” tidher fit-tieqa tal-odometru u jibdew ipetptu lampi four-way. Il-magna ma tistax terġa’ tistartja sakemm il-kundizzjoni tal-inklinar ma tiġix risetjata.
Ara
Taqsima Tħaddim → Startjar wara Tipover
biex tirrisettja.
Ebda Messaġġ Fob
Jekk il-mutur jiġi misjuq mingħajr il-fob, ‘NO FOB’ tidher temporanjament fit-tieqa tal-odometru.
Messaġġ mill-Kavalett Laterali
Biex tikklerja l-messaġġ (qabel ma tistartja l-mutur):
Qiegħed it-trasmissjoni fuq nuetral jew għolli l-jiffy stand.
Biex tikklerja l-messaġġ (waqt li tkun qed issuq):
Waqqaf il-mutur b’mod sigur.
Għolli l-jiffy stand.
Biexx tikklerja l-messaġġ (temporanjament):
Agħfas is-swiċċ tat-trigger.
Il-messaġġ jikklerja b’mod temporanju qabel ma jerġa’ jitfaċċa mill-ġdid.
Messaġġ Fork Locked (Furketta Llokkjata)
Ara
Figura 2
.
Messaġġ "Furketta llokkjata" jiskrollja tul l-odometru biex jindika li l-pum tal-lock tal-furketta mhux fil-pożizzjoni unlocked. Dawwar kompletament il-pum tal-lock tal-furketta sakem ikun fil-pożizzjoni unlocked biex tikklerja l-messaġġ u tattiva l-istarter.
Figura 1. Funzjonijiet tal-Odometru
Figura 2. Messaġġi dwar Inklinar, Kavalett Laterali u Furketta Llokkjata