Ara Figura 1 għal tikketti ta’ sigurtà u manutenzjoni li kienu fuq il-vettura meta kienet ġdida. Irreferi għal Tabella 1.
NOTA
Tikketti sostituti jistgħu jiġu mixtrija għall-mutur tiegħek. Kellem lil negozjant ta’ Harley Davidson. Xi tikketti huma disponibbli fl-lingwi differenti għal destinazzjonijiet barra mill-Istati Uniti.
Figura 1. Tikketti
Tabella 1. Tikketti
ITEM
NRU. TAL-PART
DESKRIZZJONI
LOKAZZJONI
TEST
1
14000377
Twissijiet ġenerali
Il-wiċċ tal-għatu tal-air cleaner
TWISSIJA: Il-muturi huma differenti minn vetturi oħra. Dawn jaħdmu, jimxu, jiġu mmaniġġjati u jibbrejkjaw b’mod differenti. L-użu tagħhom mingħajr il ħila neċessarja jew l-użu mhux kif suppost jistgħu jirriżultaw f’telf ta’ kontroll, mewt jew korriment serju.
  • Agħmel kors ta’ taħriġ fis-sewqan tal-muturi.
  • Aqra l-Manwal tas-Sid qabel ma tibda ssuq, iżżid xi aċċessorji jew tagħmel xi servizz ta’ manutenzjoni.
  • Ilbes l-elmu għas-sewwieqa, protezzjoni għall-għajnejn u lbies protettiv.
  • Qatt ma għandek tirmonka karrijiet.
Ikseb manwal, jew tagħrif dwar l-eqreb negozjant fuq 1-414-343-4056 jew www.harley-davidson.com
2
15368-01A
Twissija tal-Batterija
Taħt is-sedil, wara t-tank tal-fjuwil
TWISSIJA: Batterija kkonnettjata tista' tikkawża spark jew tistartja l-mutur waqt servizz ta’ manutenzjoni. Jista' jkun hemm mewt jew korriment serju.
  • Skonnettja n-negative cable qabel is-servisjar.
  • Żomm il-kejbil 'il bogħod mit-terminal waqt is-servisjar.
3
14148-86
It-tikketta tal-guard tal-magna
Il-guard tan-naħa ta’ quddiem tal-magna, u fuq kull saddlebag guard
Dan il-guard jista’ jipprovdi protezzjoni limitata għas-saqajn u jservi bħala protezzjoni kosmetika għall-vettura taħt ċirkustanzi uniċi (waqa’ meta jiġi mwaqqaf, fi tkaxkira b’veloċità baxxa ħafna). Mhuwiex magħmul lanqas huwa maħsub biex joffri protezzjoni minn korriment waqt kollużjoni ma’ vettura oħra jew ma’ kwalunkwe oġġett ieħor.
4
14000069
Limiti ta' tagħbija tas-saddlebag waqt is-sewqan
Ġewwa s-saddlebag
TWISSIJA: Piż żejjed fis-saddlebags jista' jikkawża telf ta' kontroll. Tista’ seħħ mewt jew ikun hemm korriment serju.
  • Tgħabbix aktar minn 15-il libbra (6.8 kg) f'kull saddlebag.
  • Poġġi piż ugwali f'kull saddlebag.
  • Ara t-taqsima dwar Aċċessorji u Merkanzija fil-Manwal tas-Sid.
5
14810-03
(mhux mibjugħ)
Avviż dwar servizz tal-klaċċ idrawliku
Fuq l-għatu tal-klaċċ
Tneħħix l-għatu. Il-livell tal-fluwidu huwa ssettjat u ċċekkjat fil-fabbrika. Il- klaċċ idrawliku jikkumpensa hu stess għat-tqagħbir bl-użu. Ebda aġġustamenti mekkaniċi mhuma meħtieġa.