Attivazzjoni
Meta l-mutur ikun ipparkjata, mhux jiċċaqlaq u l-iswiċċ tatl-ignition hu ssettjat fuq OFF, is-sistema tas-sigurtà ser tiġi armata b’mod awtomatiku fi żmien 5 sekondi. Kemm jekk il-fob ikunx preżenti jew le, is-sistema ser tattiva.
Kif tiġi attivata, is-sinjali tad-dawran ser iteptpu darbtejn u s-sirena (jekk mgħammra u fil-modulu ta’ ċejjieq) iċċejjaq darbtejn. Meta s-sistema ta’ sigurtà tiġi attivata, il-bozza indikatur fuq wiċċ tal-ispidometru tteptep kull ftit sekondi.
Diżattivazzjoni
Fob: Sistema ta’ sigurtà attivata tiġi awtomatikament diżattivata meta l-fob huwa preżenti u s-swiċċ tat-tqabbid ikun fuq IGNITION.
NOTA
Moviment bħall erfigħ tal-mutur minn fuq l-waqqafa ta’ ġiffi jew kondizzjoni ta’ NO FOB, sert iġiegħel is-sistema tfittex b’mod elettroniku l-preżenza ta’ fob. Anke meta l-fob ikun preżenti, is-sistema ta’ sigurtà tiddiżattiva. Ara Taqsima Tħaddim → Strumenti.
Meta s-sistema tiddiżattiva, is-sirena (jekk mgħammra fil-modulu ta’ tiċjiq) iċċejjaq darba u l-lampa tal-indikatur tas-sigurtà tteptep b’mod qawwi għal diversi sekondi mbagħad tintefa’.
Ġaladarba diżattivata, ir-rikkieb jista’ jirkeb jew iċċaqlaq il-mutur biex jipparkjah, jaħżnu jew jisservisjah mingħajr ma jissettja l-allarm.
Diżattivazzjoni b’PIN
Jekk il-fob jintilef jew jekk il-fob preżenti jonqos milli jikkomunika, is-sistema tista’ tiġi diżattivata bin-Numru ta’ Identifikazzjoni Personali (PIN).
NOTA
Jekk isir xi żball waqt li qed jiddaħħal in-numru tal-PIN, dawwar l-ignition fuq OFF u lura għal IGNITION qabel ma jsir attentat ieħor.
  1. Ara Figura 1. Waqt li l-lampa tal-indikatur tas-sigurtà jkun qed iteptep, dawwar l-swiċċ ta ' tqabbid fuq IGNITION. Id-displej fuq it-tieqa tal-odometru juri ENTER PIN.
  2. Agħfas u itlaq il-buttuna tat-toggle tal-odometru. L-ewwel spazju taċ-ċifri jteptep.
  3. Daħħal ħames ċifri tal-PIN.
    1. Agħfas u itlaq il-buttuna tat-toggle tal-odometru biex iddawwar iċ-ċifra diġitali fil-PIN.
    2. Agħfas u żomm il-buttuna tal-odometru għal 1.5 sekonda biex iddaħħal in-numru. Id-displej idur biex juri ċ-ċifri li jmiss fil-PIN.
    3. Irrepeti sakemm ikunu ddaħħlu kollha ħames ċifri tal-PIN.
  4. NOTA
    • Jekk iċ-ċifra ddur għal wara 9, iċ-ċifra diġitali terġa’ tibda fuq 1.
    • Jekk xi wieħed mill-figuri ma jaqblux mal-PIN assenjat, is-sistema tas-sigurtà tiġi attivata.
  5. Il-vettura hija diżarmata u lesta biex tisstartja.
1It-tieqa tal-Odometru
2Buttuna tat-Toggle switch.
Figura 1. Daħħal il-PIN (kampjun tal-PIN muri)