TWISSIJA
Wettaq operazzjonijiet tas-service u tal-manutenzjoni kif indikat fit-tabella tal-perjodu tas-service regolari. In-nuqqas ta' manutenzjoni regolari fil-perjodi rakkomandati jista’ jaffettwa l-operazzjoni sigura tal-mutur tiegħek, li jista’ jirriżulta f’mewt jew korriment serju. (00010a)
TWISSIJA
Jekk inti ssuq il-mutur tiegħek f’kondizzjonijiet ħżiena (kesħa kbira, sħana estrema, ambjent b’ħafna trab, toroq ħżiena ħafna, tgħaddi minn ġo ilma mexxej, eċċ.), għandek twettaq manutenzjoni regolari f’perjodi aktar spissi biex tassigura l-operazzjoni sigura tal-mutur tiegħek.. Nuqqas li tieħu ħsieb il-mutur tiegħek jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00094a)
Agħti servizz lill-mutur tiegħek fl-intervalli regolari tas-servizz. Il-kondizzjonijiet tat-triq bħat-trab, ix-xita jew l-istili ta’ kif tirkeb jistgħu jeħtieġu s-servisjar tal-mutur f'intervalli iktar spissi. AraTaqsima Intervalli u Rekords tas-Service → Rekords tas-Service.
Għalkemm uħud minn dawn il-proċeduri jistgħu jitwettqu bi ftit għodda, dejjem ikkonsulta lin-negozjant tiegħek ta’ Harley Davidson għal aġġornamenti. Ftakar, in-negozjant awtorizzat tiegħek ta’ Harley Davidson dejjem jagħti servizzi lill-mutur tiegħek bl-aħħar metodi u tagħmir approvati mill-fabbrika .
Irreġistra kull servizz biex iżżomm il-garanzija tal-mutur il-ġdid. Ara Taqsima Intervalli u Rekords tas-Service → Rekords tas-Service.