Kif Issib in-Newtral
NOTA
Jekk l-ingranaġġi ma jidħlux meta l-magna tkun mitfija, bil-klaċċ imdaħħal irrokkja l-mutur lura u mbagħad ’il quddiem waqt li tagħfas jew tgħolli l-liver li jixxiftja.
In-newtral jinsab bejn l-ewwel u t-tieni ger. Agħżel in-newtral b’nofs refgħa minn fuq l-ewwel ger jew b’nofs għafsa mit-tieni ger..
Biex tistartja minn Waqfa
AVVIŻ
Il-klaċċ jrid ikun kompletament mitluq qabel ma tipprova taqleb il-gear. Nuqqas milli tillibera kompletament il-klaċċ jista’ jirriżulta fi ħsara fit-tagħmir. (00182a)
NOTA
Iftaħ parzjalment it-throttle sabiex il-magna ma tkarkarx meta l-lieva tal-klaċċ tintreħa.
  1. Bil-magna taħdem u l-waqqafa tal-ġiffi miġbuda lura, iġbed il-lieva tal-klaċċ ’il ġewwa mal-manku tal-manubriju biex taqta’ l-klaċċ.
  2. NOTA
    Dejjem startja b’ċaqlieq ’il quddiem fuq l-ewwel ger.
  3. Agħfas il-lieva li tixxiftja tal-ingranaġġ sa ġewwa nett u itlaqha. It-trasmissjoni issa qiegħda fl-ewwel ger.
  4. Oħroġ il-lieva tal-klaċċ ’il barra b’mod ħafif u fl-istess ħin, iftaħ bil-mod it-throttle.
Tibdil ’il fuq (Aċċelerazzjoni)
NOTA
Aqta’ l-klaċċ kompletament qabel tibdel il-ger..
Ara Figura 1. Daħħal il-ger ogħla li jmiss meta l-mutur jilħaq il-veloċità tal-ixiftjar. Irreferi għal Tabella 1.
  1. Agħlaq it-throttle.
  2. Iġbed bil-mod ’l ġewwa l-lieva tal-idejn tal-klaċċ sakemm tmiss mal-manku tal-manubriju biex taqta’ l-klaċċ għal kollox.
  3. Tella’ l-lieva tax-shift tal-ingranaġġ sa fuq nett u itlaqha.
  4. Oħroġ il-lieva tal-klaċċ ’il barra b’mod ħafif u, fl-istess ħin, iftaħ bil-mod it-throttle.
  5. Irrepeti l-passi preċedenti sabiex iddaħħal il-gerijiet li jifdal.
Tabella 1. Il-bdil ’il fuq rakkomandat tal-veloċitajiet
TIBDIL TAL-GERIJIET
mph
km/h
Mill-ewwel għat-tieni
15
25
Mit-tieni għat-tielet
25
40
Mit-tielet għar-raba’
35
• 55
Mir-raba’ għall-ħames
45
70
Mill-ħames għas-sitt
• 55
85
Figura 1. BIddel il-Mudell
Ixxiftja ’l isfel (Deċelerazzjoni)
TWISSIJA
Tniżżilx il-gear f’veloċitajiet ogħla minn dawk elenkati. Il-qlib fuq gerijiet iktar baxxi waqt li l-veloċità tkun għolja wisq jista' jikkawża lir-rota ta’ wara sabiex titlef it-trazzjoni u jwassal għal telf tal-kontroll tal-vettura, jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00045b)
Ara Figura 2. Meta l-veloċità tal-magna tonqos, bħal meta tkun tiela’ għolja jew tnaqqas għax ser iddur, aqleb fuq il-gear ta’ taħt li jmiss. Irreferi għal Tabella 2.
  1. Agħlaq it-throttle.
  2. Iġbed bil-mod ’l ġewwa l-lieva tal-idejn tal-klaċċ sakemm tmiss mal-manku tal-manubriju biex taqta’ l-klaċċ għal kollox.
  3. Agħfas il-lieva tax-shift tal-ingranaġġ sa ġewwa nett u itlaqha.
  4. Oħroġ ’il barra b’mod ħafif il-lieva tal-klaċċ u gradwalment iftaħ it-throttle.
  5. Irrepeti l-passi preċedenti sabiex iddaħħal il-gerijiet li jifdal.
AVVIŻ
Aqleb ix-xfit fuq in-newtrali qabel twaqqaf il-magna. Ċaqliq tal-mekkaniżmu jista’ jsirlu ħsara minħabba l-ixxiftjar tal-gerijiet waqt li l-magna tkun mitfija. (00183a)
Il-mekkaniżmu tal-ixiftjar tal-ger jippermetti sabiex it-trasmissjoni tinqaleb għan-newtral mill-ewwel jew mit-tieni ger.
Tabella 2. Veloċitajiet Rakkomandati Għall-Waqgħa fil-Gerijiet
TIBDIL TAL-GERIJIET
mph
km/h
Mis-sitt għall-ħames
50
80
Mill-ħames sar-raba’
40
65
Mir-raba' sat-tielet
30
50
Mit-tielet għat-tieni
20
30
Mit-tieni għall-ewwel
10
15
Figura 2. Tnaqqis fil-Ger