L-iStarter ma Jaħdimx jew Ma Jqabbadx il-Magna
  1. Is-swiċċ off/run tal-magna hija fil-pożizzjoni off.
  2. Swiċċ tal-ignition mhux mixgħula.
  3. Batterija mingħajr charge inkella konnessjonijiet maħlulin jew imsadda (is-solenojd iċekċek).
  4. Il-lieva tal-klaċċ ma tersaqx qrib il-manubriju meta magħfusa inkella t-trasmissjoni mhix fil-pożizzjoni newtrali.
  5. Fjus li falliet.
Il-Magna Ddur Imma Ma Tistartjax.
  1. Is-swiċċ off/run tal-magna hija fil-pożizzjoni off.
  2. It-tank tal-fjuwil vojt.
  3. il-filtru tal-fjuwil misdud.
  4. Batterija mingħajr ċarġ inkella l-konnessjonijiet tat-terminas tal-batterija nħallu jew bil-ħsara.
  5. Spark plugs imniġġsa.
  6. Il-kejbils li jikkonnettjaw l-ispark plugs inħallu jew huma f’kundizzjoni ħażina u qegħdin jixxortjaw.
  7. Konnessjoni(jiet) tal-wajers jew kejbils maħlulin jew imsadda fil-kojl jew batterija.
  8. Il-pompa tal-fjuwil ma taħdimx.
  9. Fjus li falliet.
Ibati biex Jistartja
  1. L-ispark plugs f'kundizzjoni ħażina, jew m’għandhomx spazju bejniethom kif suppost, inkella huma parzjalment imniġġsa.
  2. Batterija kważi mingħajr ċarġ.
  3. Konnessjonijiet tal-wajer jew kejbil maħlulin f’wieħed mit-terminals tal-batterija jew coil.
  4. Iż-żejt tal-magna tqil wisq (użu f’temp kiesaħ).
  5. Il-ventilatur tat-tank tal-fjuwil magħluq inkella l-pajpijiet tal-fjuwil magħluqin, u ma jħallux il-fjuwil jgħaddi.
  6. Hemm l-ilma jew ħmieġ fis-sistema tal-fjuwil.
  7. Il-pompa tal-fjuwil ma taħdimx.
Jistartja Imma Jaħdem b’Mod Irregolari jew Jaqbeż
  1. L-ispark plugs f’kundizzjoni ħażina jew parzjalment imniġġsa.
  2. L-ispazju tal-ispark plugs huwa qrib wisq jew wiesa’ żżejjed.
  3. Batterija kważi mingħajr charge.
  4. Wajer bil-ħsara jew konnessjoni maħlula fit-terminals tal-batterija jew coils.
  5. Xort intermittenti minħabba ħsara fl-insulazzjoni tal-wajer.
  6. Hemm l-ilma jew ħmieġ fis-sistema tal-fjuwil, filtru jew karburatur.
  7. Is-sistema tal-ventilatur tal-fjuwil magħluqa. Kellem lill-aġent
  8. Injector wieħed jew aktar imniġġsa.
Spark Plug jitniġġes ripetutament
  1. Spark plug li ma jaqbilx.
Qabel l-ignixion jew Detonazzjoni (Taħbit jew Pings)
  1. Fjuwil ħażin.
  2. Spark plug li ma jaqbilx mat-tip ta’ servizz tal-manutenzjoni.
Tisħon iżżejjed
  1. Provvista taż-żejt insuffiċjenti nkella ż-żejt mhux jiċċirkola.
  2. Depożitu qawwi ta’ karbonju ġej minn magna li qed taħdem ħażin. Kellem lill-aġent.
Vibrazzjoni Eċċessiva
  1. L-iskorfini tax-xaft tal-furketta ta’ wara maħlulin. Kellem lill-aġent
  2. Il-boltijiet tal-muntaġġ ta’ quddiem tal-magna maħlulin. Kellem lill-aġent.
  3. Frejm bil-ħsara. Kellem lill-aġent.
  4. Ċinturin milbus ħażin.
  5. Roti u/jew tajers li saritilhom ħsara. Kellem lill-aġent
  6. Vettura mhux allinjata kif suppost. Kellem lin-negozjant.
Iż-Żejt tal-Magna mhux Jiċċirkola (Lampa tal-Pressjoni taż-Żejt Mixgħula)
  1. Provista taż-żejt mhux suffiċjenti jew dilwita.
  2. Il-feed taż-żejt misdud bis-silġ jew ħama f’temp iffriżat.
  3. Wajer tas-swicc tas-sinjal taż-żejt mitħun. Kellem lill-aġent.
  4. Check valve bil-ħsara jew installat ħażin. Kellem lill-aġent
  5. Problema fil-pompa taż-żejt. Kellem lill-aġent