Iċċekkja l-Lampa tal-Magna
Ara Taqsima Tħaddim → Strumenti → Lampi tal-iStrumenti u Indikaturi:. Il-lampa tal-kontroll tal-magna tindika l-kundizzjoni tal-magna/sistema tal-ġestjoni tal-magna.
Il-lampa tal-kontroll tal-magna normalment tixgħel meta l-mutur jiġi startjat. Matul dan iż-żmien, is-sistema tal-ġestjoni tal-magna tkun għadejja b’serje ta testijiet dijanjostiċi fuqha stess.
Jekk il-lampa tal-magna ma tintefiex wara li tkun ġiet startjata l-magna jew tinxtegħel fi kwalunkwe ħin ieħor, kellem lill-aġent ta’ Harley Davidson.
Lampa tal-Livell ta’ Fjuwil Baxx
Solidu: Ara Taqsima Tħaddim → Strumenti → Lampi tal-iStrumenti u Indikaturi: Il-lampa ta’ twissija ta’ livell baxx ta’ fjuwil tindika meta l-petrol jilħaq il-livell baxx ta’ fjuwil baxx (approssimattiv) fit-tank. Ara Taqsima Speċifikazzjonijiet għal-livell il-baxx tal-fjuwil. Ara Taqsima Tħaddim → Tieqa tad-Displejs tal-Odometru għal karatteristiċi tal-medda tal-fjuwil.
Teptip: Jekk il-lampa tal-fjuwil itteptep kontinwament jew xorta tibqa’ mixgħula wara li t-tank ikun imtela, kellem lill-aġent ta’ Harley Davidson.
Lampa tal-Iskarikar tal-Batterija
Ara Taqsima Tħaddim → Strumenti → Lampi tal-iStrumenti u Indikaturi:. Il-lampa tal-iskarikar tal-batterija tindika sovrakkarigar jew sottokkarigar tal-batterija. Ara Taqsima Il-Proċeduri tas-Service → Manutenzjoni tal-batterija.
Lampa tas-Sigurtà
Ara Taqsima Tħaddim → Strumenti → Lampi tal-iStrumenti u Indikaturi:. Il-lampa tas-sigurtà turi l-istat tas-sistema tas-sigurtà kif ukoll it-testijiet dijanjostiċi elettriċi tal-mutur. AraTaqsima SISTEMA TAS-SIGURTÀ → Sistema tas-Sigurtà għat-tħaddim tas-sistema tas-sigurtà.
Teptip: Is-sistema tas-sigurtà hija attivata.
Solidu (sistema ta' sigurtà attivata): L-allarm ikun ġie attivat.
Solidu (sistema ta’ sigurtà diżattivata): Jekk il-lampa tibqa’ mixgħula, jeżisti kodiċi dijanjostiku tal-ħsarat. Kellem lil negozjant ta’ Harley Davidson.
Fanali Indikaturi tas-Sinjali tad-Dawran
Teptip: Ara Taqsima Tħaddim → Strumenti → Lampi tal-iStrumenti u Indikaturi:. Sinjal tad-dawran jiġi attivat. Meta t-teptipa tat-twissija 4-way ikunu qed joperaw, iż-żewġ indikaturi tad-direzzjoni iteptptu fl-istess ħin.
Teptip rapidu: Bozza senjalitika tad-tidwir mhix taħdem. Eżerċita kawtela u uża sinjali bl-idejn. Biddel komponenti inoperattivi mal-ewwel opportunità.
Fanal ta’ Quddiem b’Raġġ Għoli
Ara Taqsima Tħaddim → Strumenti → Lampi tal-iStrumenti u Indikaturi:. Il-lampa tal-fanal b’raġġ għoli ta’ quddiem tkun mixgħula meta jiġi attivat is-swiċċ tar-raġġ għoli jew tat-teptip biex tgħaddi.
Lampa tan-Newtrali
Ara Taqsima Tħaddim → Strumenti → Lampi tal-iStrumenti u Indikaturi:. Il-lampa tan-newtral tkun tixgħel meta t-trasmissjoni tkun fin-newtral.
Lampa tal-Cruise Control
Oranġjo: Cruise control attivat. Il-cruising speed mhux issettjat jew diżingaġġat.
Aħdar: Il-cruising speed ġie issettjat. Il-veloċità tal-vettura qed tiġi miżmuma mis-sistema ta’ cruise control.
Fanal Indikatur Awżiljarju/Kontra ċ-Ċpar
Ara Taqsima Tħaddim → Strumenti → Lampi tal-iStrumenti u Indikaturi:. Il-lampa indikatriċi awżiljarji/tal-iċpar tixgħel meta l-fanali awżiljarji/tal-iċpar jiġu mixgħulin.
Indikatur tal-Ingranaġġ
Ara Taqsima Tħaddim → Strumenti → Lampi tal-iStrumenti u Indikaturi:. L-ingranaġġ attwalment magħżul (1-6) jiġi muri fit-tieqa tal-odometru. L-indikatur tal-ingranaġġi huwa kkalkolat mill-veloċità tal-vettura u l-veloċità tal-magna. L-indikatur tal-ingranaġġi jibqa’ mitfi meta t-trassmissjoni tiġi newtrali, il-lieva tal-klaċċ tinġibed ’l ġewwa jew il-vettura mhix miexja.
L-indikatur tal-ingranaġġi jista’ jkun momentarjament ineżatt skont l-użu tal-klaċċ mis-sewwieq u jekk il-klaċċ ikun deterjorat. Dan jista' jiġri jekk il-klaċċ jiġi mħolli jiżżerżaq minħabba deterjorament eċċessiv, klaċċ mhux aġġustat tajjeb jew l-operatur li qed isuq il-mutur.
Lampa tal-ABS
TWISSIJA
Jekk il-fanal tal-ABS ikompli jteptep f' veloċitajiet akbar minn 5 km/h (3 mph) jew jibqa’ mixgħul il-ħin kollu, l-ABS mhux qed jaħdem. Is-sistema standard tal-brejk hija operazzjonali, imma jista’ jseħħ l-illukjar tar-rota. Ikkuntattja aġent tal-Harley-Davidson biex tirranġa l-ABS. Rota llukkjata se tiskiddja u tista’ tikkawża t-telf tal-kontroll tal-vettura, jista’ jwassal għal mewt jew korriment serju. (00361b)
Teptip: Ara Taqsima Tħaddim → Strumenti → Lampi tal-iStrumenti u Indikaturi:. Il-lampa tal-ABS tibda tteptep meta l-vettura tiġi startjata. Il-lampa tteptep tindika li s-sistema qiegħda f’pożizzjoni ta' awtodijanjożi. Tibqa’ tteptep sakemm il-veloċità tal-mutur taqbeż 5 km/h (3 mph) L-ABS ma jaħdimx sakemm tintefa l-lampa.
Solidu: Dawl tal-lampa mixgħul b’mod kontinwu jindika li l-ABS mhux jaħdem tajjeb. L-ABS jiġi diżattivat u l-frenijiet jaħdmu bħala frenijiet mhux tal-ABS. Ara aġent ta’ Harley Davidson għal servizz ta’ manutenzjoni.
Lampa tal-Pressjoni taż-Żejt
AVVIŻ
Jekk l-indikatur tal-fanal tal-pressjoni taż-żejt jibqa’ mixgħul, dejjem iċċekkja l-provvista taż-żejt l-ewwel. Jekk il-provvista taż-żejt hija normali u l-lampa hija xorta waħda mixgħula, waqqaf il-magna minnufih u tibqax issuq sakemm issib il-problema fejn hi u jkunu saru t-tiswijiet meħtieġa. Nuqqas milli tagħmel hekk jista’ jirriżulta fi ħsara tal-magna. (00157a)
Ara Taqsima Tħaddim → Strumenti → Lampi tal-iStrumenti u Indikaturi:. Il-lampa tal-pressjoni taż-żejt tixgħel meta l-mutur jiġi startjat. Il-lampa tibqa’ mixgħula sakemm tiġi startjata l-magna.
Jekk il-lampa tkun mixgħula waqt li l-magna tkun qed taħdem, mhux jiċċirkola żejt biżżejjed ġewwa l-magna.
Iċċekkja ż-żejt tal-magna. Żid iż-żejt kif meħtieġ. Ara Taqsima Manutenzjoni u Lubrikazzjoni → Iċċekkja l-Livell taż-Żejt tal-Magna.. Għal aktar kawżi possibbli, araTaqsima Troubleshooting → Magna
Jekk il-livell taż-żejt tal-magna huwa suffiċċjenti u l-lampa tibqa’ mixgħula, waqqaf il-magna immedjatament. Ara aġent ta’ Harley Davidson għal servizz ta’ manutenzjoni.
Lampa tal-Pressjoni Baxxa tat-Tajer/Funzjonament Ħażin fit-TPMS
TWISSIJA
Kun żgur li t-tajers huma minfuħin kif suppost, ibbilanċjati, mingħajr ħsara, u jkollhom tread adegwat. Spezzjona t-tajers tiegħek regolarment u ara aġent tal-Harley-Davidson għal sostituzzjonijiet. Is-sewqan b’tajers li ddeterjoraw ħafna, mhux bilanċjati, mhux minfuħin sew, minfuħin iżżejjed jew bil-ħsara jista’ jwassal għal tajers li ma jaħdmux sew u jaffettwa ħażin l-istabbiltà u l-handling, li jista’ jirriżulta f’mewt jew korriment serju. (00014b)
Ara Taqsima Tħaddim → Strumenti → Lampi tal-iStrumenti u Indikaturi:. Il-lampa tal-pressjoni baxxa tat-tajer/ħsara fit-TPMS tindika meta jkun hemm kundizzjoni ta’ tajer baxx jew meta t-TPMS ma tkunx qed taħdem tajjeb.
Teptip (60 sekonda, u wara tibqa’ solidu): Funzjonament ħażin Intraċċat fit-TPMS. Il-lampa tas-sigurtà wkoll tinxtegħel biex turi li jeżisti kodiċi ta’ ħsara dijanjostika. Dan jista’ jiġri għal diversi raġunijiet, li jinkludu nuqqas ta’ senjalazzjoni mis-sensors jew li l-batterija tas-sensors mhix taħdem. It-tagħrif dwar il-pressjoni tat-tajers jista’ ma jkunx disponibbli waqt li l-lampa tkun mixgħula. Ara aġent ta’ Harley Davidson għal servizz ta’ manutenzjoni.
Solidu: Is-sistema sabet li wieħed jew aktar mit-tajers għandhom pressjoni baxxa. Ir-radju wkoll jindika dettalji għal din il-kundizzjoni. Waqqaf il-vettura b’mod sigur u uża gejġ tal-pressjoni biex tiċċekkja l-pressjoni ta’ kull tajer affetwat. Onfoħ it-tajers skont l-ispeċifikazzjonijiet fil-Taqsima Speċifikazzjonijiet → Speċifikazzjonijiet → Tajers Speċifikati jew kif speċifikat fuq it-tabella tat-tubu ta’ isfel tal-qafas. Il-lampa tintefa meta tibda ssuq il-mutur bil-pressjoni kif suppost ġewwa t-tajers. Irreferi wkoll għal Taqsima Il-Proċeduri tas-Service → Tajers biex tikkumpensa l-pressjoni fit-tajer għal tajers li ġew użati fis-sewqan riċentement. Jekk il-pressjoni tat-tajer ġiet aġġustata kull Taqsima Il-Proċeduri tas-Service → Tajers, erġa’ aġġusta skont ir-rakkomandazzjoni l-aktar kmieni possibbli.
NOTA
Tużax is-sistema tat-TPMS bħala gejġ tal-pressjoni meta tkun qed iżżid jew tneħħi l-arja minn ġewwa tajer. Tagħrif mis-sensors jintbagħat lit-TPMS f’intervalli li jvarjaw (li jiddependu jekk il-vettura hiex miexja, ipparkjata fuq il-jiffy stand, jew jekk għandhiex xi bidla sinifikanti fil-pressjoni tat-tajers). It-tagħrif dwar il-pressjoni tat-tajer jista’ jkun li ma tiġġeddidx mill-ewwel meta tkun qed iżżid jew tneħħi l-arja mit-tajer. Jista’ jsir infigħ żejjed jew nieqes.
Ara Taqsima Tħaddim → Tieqa tad-Displejs tal-Odometrugħal informazzjoni dwar il-pressjoni tat-tajers murija fl-odometru.
Ara Taqsima Tħaddim → Status tal-Vettura fil-Boom! Box. u l-MANWAL TAS-SID BOOM! BOX għal funzjonijiet tat-TPMS fir-radju.