Biex taqla’ s-sedil ta’ wara
  1. Ħoll il-vit u aqla’ l-washer min-naħa ta’ fuq tal-fender ta’ wara.
  2. Żellaq is-sedil lura biex taqla’ minn fuq il-mounting studs.
Biex issuq il-mutur mingħajr is-sedil ta’ wara
Jekk tippreferi d-dehra ta' sedil wieħed, iċ-ċinga tas-sedil tista’ tinħeba u t-toqba tal-vit tista’ tiġi mogħttija b’tapp dekorattiv.
  1. Daħħal iċ-ċinga tas-sedil taħt il-flap fuq in-naħa ta’ wara tas-sedil tas-sewwieq.
  2. Ara Figura 1. Waħħal it-tapp tal-kromju tal-fender li jinsab taħt is-sedil ta’ wara minflok il-vit fuq il-fender ta’ wara (4).
Biex taqla’ s-Sedil tas-Sewwieq
  1. Aqla’ s-sedil ta’ wara.
  2. Aqla’ ż-żewġ thumb nuts min-naħa ta’ wara tas-sedil.
  3. Għolli n-naħa ta’ wara tas-sedil. Iġbed lura biex taqla’.
  4. Jekk ikun meħtieġ, neħħi ċ-ċinga tas-sedil.
Biex twaħħal is-Sedil tas-Sewwieq
  1. Ara Figura 1. Żellaq is-sedil ’l quddiem biex tqabbad l-ilsien tal-frame ġewwa s-slot tas-sedil (1). Niżżel n-naħa ta’ wara tas-sedil fuq is-seat mounting studs (2).
  2. Jekk tkun inqalgħet, waħħal iċ-ċinga tas-sedil fuq is-seat mounting studs.
  3. Waħħal is-seat mounting thumb nuts (3). Orbot u ssikka sewwa.
  4. Waħħal is-sedil ta’ wara, jekk tixtieq.
  5. Għolli s-sedil ’l fuq biex tkun żgur li marbut tajjeb.
Biex twaħħal is-Sedil ta’ Wara
NOTA
Jekk meħtieġ, oħroġ iċ-ċinga tas-sedil minn taħt il-flap tas-sedil tas-sewwieq.
  1. Żellaq is-sedil ta’ wara taħt iċ-ċinga tas-sedil u qabbad il-bracket forks tas-sedil ta’ wara ġos-slots tas-seat mounting studs (5).
  2. Issikka l-vit bil-washer biex torbot sew is-sedil mal-fender ta’ wara (6).
  3. Għolli s-sedil ’l fuq biex tkun żgur li marbut tajjeb.
1Qabbad l-ilsien f’postu
2Baxxi
3Installa t-thumb nuts (2)
4Installa l-fender plug
5Qabbad il-frieket fis-slots
6Installa t-thumbscrew
Figura 1. Installa s-Sedil tas-Sewwieq u tal-Passiġġier