Is-sistema Reflex Linked antilokk tal-ibbrejkjar tirrispondi aħjar mis-sistema antilokk tal-ibbrejkjar konvenzjonali u tippermetti l-ibbrejkjar iktar ibbilanċjat fuq quddiem u fuq wara f’varjetà kbira ta’ applikazzjonijiet tal-brejkijiet.
F'veloċitajiet ta’aktar minn 32–40 km/h (20–25 mph), is-sistema dinamikament taġġusta l-irbit għall-ammont ta' brejk applikat kif ukoll il-veloċità tal-vettura biex jinħoloq bilanċ ottimizzat tal-brejkijiet. Is-sistema tipprovdi iżjed irbit meta s-sewwieq ikun qed japplika bbrejkjar iktar qawwi u tnaqqas jew telimina l-irbit għall-ibbrejkjar ħafif u veloċitajiet baxxi.
NOTA
Meta jiġu applikati ż-żewġ brejkijiet, is-sewwieq jista’ jinduna b’feedback ħafif fil-liver tal-brejk ta’ quddiem jew fil-pedala tal-brejk ta’ wara waqt li jkun qed iseħħ l-ibbilanċjar dinamiku.
Meta jkun marbut, l-applikar tal-liver tal-brejk ta’ quddiem waħdu jġiegħel lis-sistema tapplika wkoll dinamikament ammont tal ibbrejkjar fuq wara. L-applikar tal-pedala tal-brejk ta’ wara biss iġġiegħel lis-sistema tapplika wkoll ammont ta’ ibbrejkjar lill-keliper ta’ quddiem tax-xellug. Meta jiġu applikati ż-żewġ brejkijiet, is-sistema tipprova tibbilanċja dinamikament l-ibbrejkjar tar-roti ta’ quddiem kif ukoll ta’ wara.
F'veloċitajiet ta’ inqas minn 32–40 km/h (20–25 mph), il-brejkijiet ma jkunux marbuta sabiex il-manuvrabbiltà f’veloċità baxxa ma tkunx affettwata negattivament, bħal meta l-mutur ikun qed jiġi misjuq ġewwa parkeġġ.