NOTA
Biex tipprevjeni grif oqgħod attent meta tkun qed tnaddaf l-uċuħ tal-istrumenti. Xi mudelli ta' muturi jistgħu jkollhom uċuħ tal-acrylic.
Spidometru
TWISSIJA
Ivvjaġġa permezz ta’ veloċitajiet xierqa għat-triq u l-kundizzjonijiet tagħha u tivvjaġġa qatt iktar mill-veloċità rakkomandata. Veloċità eċċessiva tista’ tikkawża t-telf tal-kontroll tal-vettura,u tista’ tirriżulta f’mewt jew korriment serju. (00008a)
Ara Figura 1. L-ispidometru jirreġistra l-veloċità ’l quddiem tal-vettura f’mili fis-siegħa (mph) (Stati Uniti) u/jew kilometri fis-siegħa (km/h).
L-istrument tad-dawl ta’ wara jiġi attivat wara dewmien qasir. Id-dawl ta’ wara jista’ jinbidel għal xi ħin qasir meta d-dawl ambjentali jinbidel (bħal meta tgħaddi minn ġo mina).
Takometru
AVVIŻ
Ara t-taqsima RAMMOKANDAZZONIJIET TAL-OPERAR. Tħaddimx il-magna ’l fuq mill-RPM massimu tas-sigurtà kif muri taħt OPERAZZZJON (żona ħamra fuq t-takometru). Baxxi l-RPM billi taqleb fuq gear ogħla jew tnaqqas l-ammont tat-throttle. Nuqqas milli tbaxxi l-RPM jista' jikkawża ħsara lit-tagħmir. (00159a)
Ara Figura 1. It-takometru jkejjel il-veloċità tal-magna f’revoluzzjonijiet fil-minuta (rpm x 100).
Gejġ tal-Fjuwil
Ara Figura 1. Il-gejġ tal-fjuwil jindika l-ammont approssimattiv tal-fjuwil fit-tank tal-fjuwil.
Voltmeter
Ara Figura 1. Il-voltmeter jindika l-vultaġġ imkejjel tas-sistema elettrika. Bil-magna taħdem ’l fuq minn 1500 rpm, il-voltmeter jirreġistra 13.0-14.5 V bil-batterija fuq full charge.
1Gejġ tal-fjuwil
2Spidometru
3Takometru
4Voltmeter
5Fjuwil baxx
6L-indikatur tad-direzzjoni
7Pressjoni taż-żejt
8It-tieqa tal-Odometru
9Indikatur tal-Gear
10Newtrali
11Iċċekkja l-magna
12Cruise control
13Lampa tas-Sigurtà
14Raġġ għoli
15ABS (bl-ikona tal-km/h ABS)
16Mhux użat
17Skarikar tal-batterija
18Sensor tad-dawl
19Lampa tal-Pressjoni Baxxa tat-Tajer/Funzjonament ħażin fit-TPMS
20Mhux użat
Figura 1. Lampi tal-iStrumenti u Indikaturi: