Kompartiment
Ara Figura 1. Il-kompartiment tal-midja fuq in-naħa tal-lemin tal-fairing għandu port tal-USB biex tikkonnettja ma’ telefown, tagħmir tal-midja jew USB drive. Il-port tal-USB jiġi attivat u jibda jopera meta l-mutur jiġi startjat jew ikun fuq accessory mode. Jista’ jkun hemm bżonn ta’ interface cable biex tikkonnettja ma’ xi apparat. Ara Il-MANWAL TAS-SID ta' BOOM! BOX.
Iftaħ: Iġbed il-faċċata tal-bieba tal-kompartiment ’l fuq.
Agħlaq: Imbotta ’l bieba sakemm tingħalaq.
Tindif: l-inserzjoni magħmula mill-gomma jew drapp fil-kompartiment hija maqfula bi strixxa ta’ ganċijiet u ħoloq u tista’ tinqalgħa għat-tindif.
Apparat
Apparat ikkonnettjat jista’ jintuża għall-iskopijiet li ġejjin.
Telefown: Jiċċarġja t-telefown u juri jew idoqq fajls tal-midja mit-telefown. Madankollu, il-karatteristiċi wżati biex iċċempel jew tibgħat messaġġi bit-telefown jistgħu jinqabdu biss permezz ta’ konnessjoni Bluetooth.
Tagħmir tal-midja: Jiċċarġja l-apparat u juri jew idoqq fajls tal-midja.
Il-USB drive: Juri jew idoqq fajls tal-midja, jagħmel importazzjonijiet/esportazzjonijiet ta’ fajls tan-navigazzjoni u jillowdja aġġornamenti tas-software.
Memory card: Ċertu tipi ta’ memory cards jistgħu jiġu kkonnettjati biex juru jew idoqqu fajls tal-midja. Għall-konnessjoni huwa meħtieġ adapter jew reader.
NOTA
Tużax media players mal-hard drive. Il-vibrazzjoni tista’ tagħmel ħsara interna f’dawn il-players.
Ir-radju jkompli jaħdem waqt li l-apparat ikun qed jiġi kkonnettjat jew maqlugħ. Madankollu, meta tkun qed tagħmel importazzjoni/esportazzjoni ta’ fajls jew tinstalla aġġornamenti tar-radju, tiskonnettjax l-apparat tal-USB sakemm il-biċċa xogħol tkun lesta.
Waqt li tkun issuq żomm il-bieba magħluqa biex l-oġġetti ma jaqgħux. Qabel ma’ tħalli l-vettura mingħajr sorveljanza, ara li tneħħi l-oġġetti ta’ valur minn ġewwa l-kompartiment tal-midja.
USB Hub
USB hub (mhux inkluż) jista’ jintuża biex tikkonnettja simultanjament aktar minn apparat wieħed tal-USB mar-radju. Ir-radju awtomatikament jibda juri jew jdoqq midja minn l-aħħar apparat konness.
Fir-radju, agħżel HOME > MEDIA biex tara l-lista tal-apparat kollu konness. Players tal-mużika huma identifikati b'ikona ta’ nota mużikali. Apparat tal-USB ieħor hu identifikat b’ikona ta’ USB.
NOTA
  • Tużax hub meta tkun qed tinstalla aġġornamenti tas-software jew mapep.
  • Ħafna apparat konness ma’ hub jista’ jeċċedi l-kurrent taċ-charge disponibbli permezz tal-USB port.
Figura 1. Kompartiment tal-Midja b’Port USB