Il-karatteristika tal-on awtomatika tal-fanal ta’ quddiem tipprovdi viżibilità akbar tas-sewwieq għas-sewwieqa l-oħra. Kun żgur li l-fanal ta’ quddiem huwa mixgħul il-ħin kollu. Viżibilità fqira tas-sewwieq għas-sewwieqa l-oħra tista’ twassal għal mewt jew korriment serju. (00030b)
Iċċekkja l-pressjoni tat-tajers.
Aġġusta l-assorbituri tal-iskossi ta’ wara għas-sewwieq u għat-tagħbija intenzjonata.
Imla t-tank tal-fjuwil jew żid ammont ugwali ta’ ballast.
NOTA
Agħżel ħajt f’dawl minimu.
Ara Figura 1. Ipparkja l-mutur fuq linja (1) perpendikulari mal-ħajt.
Qiegħed il-mutur bil-fus ta' quddiem 7,6 m (25 ft) minn mal-ħajt.
Pinġi linja ċentrali vertikali (2) fuq il-ħajt allinejat mal-linja (1).
Bil-mutur mgħobbi, ipponta r-rota ta’ quddiem biex tkun tħares lejn il-ħajt. Kejjel id-distanza (4) mill-art saċ-ċentru tal wiċċ tal-fanal ta’ quddiem.
Pinġi linja orizzontali (5) ġol-linja vertikali 53,3 mm (2.1 in) aktar baxxa mid-distanza mkejla.
Il-fanal ta’ quddiem huwa allinejat meta l-hot spot tar-raġġ tad-dawl ikun iċċentrat fuq il-linji li jaqsmu lil xulxin.