AVVIŻ
Tipprova qatt tbagħbas jew timmodifika l-odometru tal-vettura. Dan hu illegali. Tbagħbis jew l-immodifikar tal-odometru jista’ jikkawża ħsara lit-tagħmir. (00160a)
Odometru
Ara
Figura 1. L-odometru juri d-distanza totali akkumulata tal-mutur. Agħfas is-swiċċ tat-trigger biex iddur dawra mal-funzjonijiet differenti tal-odometru. Waqt li l-mutur ikun mitfi l-ħin u l-odometru jistgħu jidhru billi tagħfas is-swiċċ tat-trigger.
Biex tbiddel unitajiet: Bl-odometru jidher, agħfas u żomm is-swiċċ tat-trigger sakemm l-unitajiet jinbiddlu għal MI jew KM. Il-funzjonijiet kollha tal-odometru juru l-unitajiet magħżula.
Odometri tal-Vjaġġi
Ara
Figura 1. Iż-żewġ odometri tal-vjaġġi (A u B) juru t-total ta’ distanzi akkumulati minn mindu jkunu ġew risettjati l-aħħar. Biex tiċċekkja, agħfas u erħi s-swiċċ tat-trigger sakemm jidher l-odometru tal-vjaġġ mixtieq (A jew B).
Irrisettja: Bl-odometru tal-vjaġġ mixtieq jidher (A jew B), agħfas u żomm is-swiċċ tat-trigger sakemm l-odometru tal-vjaġġ magħżul jirrisettja fuq żero.
Gejġ tal-Fjuwil
Ara
Figura 1. Id-display tal-gejġ tal-fjuwil juri d-distanza disponibbli approssimattiva bl-ammont ta' fjuwil li jkun baqa’ fit-tank tal-fjuwil. Il-medda tad-display hija aġġornata biss meta l-vettura tkun miexja.
Display tal-Gejġ tal-Fjuwil: Bis-swiċċ tal-ignition fil-pożizzjoni ACCESSORY jew IGNITION, agħfas is-swiċċ tat-trigger sakemm il-gejġ tal-fjuwil tibda tidher. Il-gejġ tal-Fjuwil hija indikata bl-ittra “R” fin-naħa tax-xellug tal-iskrin. Tidher id-distanza kkalkolata li jifdal (mili jew kilometri) qabel ma jiġi muri li t-tank vojt, ibbażata fuq l-ammont tal-fjuwil fit-tank.
Livell tal-Fjuwil Baxx: Irreferi għal
Taqsima Speċifikazzjonijiet → Speċifikazzjonijiet → Kapaċitajiet. Il-gejġ tal-fjuwil hija awtomatikament murija fit-tieqa tal-odometru meta l-lampa tal-fjuwil baxx tkun mixgħula. Meta l-medda tal-fjuwil tinżel u turi li fadal 10 mili jew 10 kilometri, it-tieqa tal-odometru turi "LO RNG" li jindika li l-mutur ikun kważi spiċċalu l-fjuwil. Erġa’ agħti l-fjuwil kemm jista’ jkun malajr.
Biex Titfi l-Popup Awtomatiku li juri livell Baxx ta’ Fjuwil: Waqt li l-gejġ tal-fjuwil tkun tidher fuq l-iskrin, agħfas is-swiċċ tat-trigger sakemm il-gejġ tpetpet darbtejn. Biex terġa’ tixgħel din il-karatteristika, żomm is-swiċċ tat-trigger sakemm il-medda tal-karburant itteptep darba.
Risettjar: Biex tirrisettja l-lampa ta' twissija għal livell baxx ta’ fjuwil kif ukoll il-gejġ tal-fjuwil jeħtieġ li jkun hemm biżżejjed fjuwil fit-tank u bidla ċiklika fl-ignition (IGNITION-OFF-IGNITION).
Iż-żieda ta' mill-inqas 7,5 L (2 USgal) ta’ fjuwil tippermetti l-aġġornament tal-gejġ tal-fjuwil. Il-gejġ tal-fjuwil jaġġorna bil-mod f’madwar 50 km (30 mi) wara li jkun reġa’ ġie mimli l-fjuwil.
Konnessjoni mill-ġdid tal-Batterija u Inizjalizzazzjoni: Jekk il-batterija tkun skonnettjata u kkonnettjata mill-ġdid, il-gejġ ikun jeħtieġ madwar nofs tank ta’ fjuwil biex jerġa’ jibda jiffunzjona.
Qbid tal-Veloċità
Ara
Figura 1. Id-display tal-qbid tal-veloċità jippermetti l-irrekordjar tal-veloċità tal-vettura meta tkun pacing ma’ vettura oħra. Id-display tal-qbid tal-veloċità hija aġġornata biss meta l-vettura tkun miexja.
Attivazzjoni: Bis-swiċċ tal-ignition fil-pożizzjoni ACCESSORY jew IGNITION, agħfas is-swiċċ tat-trigger sakemm il-qbid tal-veloċità jidher fid-display. Il-karatteristika hija indikata bl-ittri “SP” fin-naħa tax-xellug tad-display. Agħfas u żomm is-swiċċ tat-trigger biex tattiva l-qbid tal-veloċità. Tiġi murija l-veloċità, ibbażata fuq il-veloċità tal-mutur.
Qbid: Waqt li tkun qed issuq b’veloċità, agħfas u żomm is-swiċċ tat-trigger biex tissejvja l-veloċità attwali. Dan huwa indikat bl-ittra "C" fuq in-naħa tal-lemin tad-display.
Agħfas u żomm is-swiċċ tat-trigger biex tħassar il-veloċitajiet kurrenti ssejvjati jew biex tattiva mill-ġdid il-funzjoni tal-qbid tal-veloċità.
Indikatur tal-Ingranaġġ
Ara
Figura 1. Fuq mudelli mgħammra, l-ingranaġġ attwalment magħżul (1-6) jiġi muri fit-tieqa tal-odometru. L-indikatur tal-ingranaġġ huwa kkalkolat mill-veloċità tal-vettura u l-veloċità tal-magna. L-indikatur tal-ingranaġġ jibqa’ mitfi meta t-trasmissjoni tiġi newtrali, il-lieva tal-klaċċ tinġibed ’l ġewwa jew il-vettura mhix miexja.
L-indikatur tal-ingranaġġ jista’ jkun momentarjament ineżatt skont il-karatteristiċi tal-użu tal-klaċċ mis-sewwieq u d-deterjorament bl-użu tal-klaċċ. Dan jista' jiġri jekk il-klaċċ jitħalla jiżloq minħabba deterjorament eċċessiv, klaċċ mhux aġġustat tajjeb jew jekk l-operatur isuq il-klaċċ.
Messaġġ tal-Inklinazzjoni

TWISSIJA
Jekk it-tipp isseħħ, iċċekkja il-kontrolli kollha għal operazzjoni xierqa. Moviment tal-kontroll ristrett jista’ jaffettwa ħażin il-prestazzjoni tal-brejkijiet, klaċċ jew l-abilità biex taqleb il-gear, li jistgħu jirriżultaw f’telf ta’ kontroll tal-vettura u mewt jew korriment serju. (00350a)
Ara
Figura 1. Jekk il-mutur jinklina, il-kelma “tIP” tidher fit-tieqa tal-odometru. Il-magna ma tistartjax qabel tiġi rrisettjata.
Messaġġ No Fob (m’hemmx fob)
Jekk il-mutur għandu sistema tas-sigurtà u jiġi misjuq lil hinn u l-fob jitħalla warajh, 'NO FOB' temporanjament jidher fit-tieqa tal-odometru.
Messaġġ dwar il-Kavalett Laterali
Biex tikklerja l-messaġġ (qabel ma tistartja l-mutur): Qiegħed it-trasmissjoni fuq nuetral jew għolli l-jiffy stand.
Biex tikklerja l-messaġġ (waqt li tkun qed issuq): Waqqaf il-mutur b’mod sigur. Għolli l-jiffy stand.
Biexx tikklerja l-messaġġ (temporanjament): Agħfas is-swiċċ tat-trigger. Il-messaġġ jikklerja b’mod temporanju qabel ma jerġa’ jitfaċċa mill-ġdid.
Ħin
Ara
Figura 2. Il-ħin huwa muri fit-tieqa tal-odometru. Segwi l-istadji li ġejjin biex tikkonfigura l-ħin.
Dawwar is-swiċċ tal-ignition fuq ACCESSORY jew IGNITION.
B’mod ripetut agħfas is-swiċċ tat-trigger sakemm il-ħin jibda jidher.
12HR/24HR: Agħfas u żomm is-swiċċ tat-trigger sakemm 12HR jibda jpetpet. Agħfas is-swiċċ tat-trigger biex tkun tista’ taqleb bejn il-wiri ta’ arloġġ ta’ 12-il siegħa (12HR) jew ta' 24 siegħa (24HR).
Siegħa: Agħfas u żomm is-swiċċ tat-trigger sakemm is-siegħa tibda tteptep. B’mod ripetut agħfas is-swiċċ tat-trigger biex tmexxi ’l quddiem is-sigħat għall-ħin korrett.
Minuti: Agħfas u żomm is-swiċċ tal-grillu sakemm il-minuti jibdew iteptpu. B’mod ripetut agħfas is-swiċċ tal-grillu biex tmexxi ’l quddiem il-minuti għall-ħin korrett.
AM/PM: Jekk 12HR tiġi magħżula, agħfas u żomm is-swiċċ tat-trigger sakemm AM/PM tibda tteptep. Agħfas is-swiċċ tat-trigger biex taqleb bejn AM jew PM.
NOTA
AM jew PM ma jidhrux fil-wiri tal-ħin regolari. Il-mutur juża l-għażla għal għanijiet dijanjostiċi.
Agħfas u żomm is-swiċċ tat-trigger biex tissejvja s-settings tal-ħin.
Dawwar is-swiċċ tal-ignition fuq OFF.
Figura 1. Funzjonijiet tal-odometru Mudelli tal-Pulizija
Figura 2. Issettjar tal-Ħin: Mudelli tal-Pulizija