NOTA
Biex tipprevjeni grif oqgħod attent meta tkun qed tnaddaf l-uċuħ tal-istrumenti. Xi mudelli ta' muturi jistgħu jkollhom uċuħ tal-acrylic.
Spidometru

TWISSIJA
Ivvjaġġa permezz ta’ veloċitajiet xierqa għat-triq u l-kundizzjonijiet tagħha u tivvjaġġa qatt iktar mill-veloċità rakkomandata. Veloċità eċċessiva tista’ tikkawża t-telf tal-kontroll tal-vettura,u tista’ tirriżulta f’mewt jew korriment serju. (00008a)
L-ispidometru jirreġistra l-veloċità ’l quddiem tal-vettura f’mili fis-siegħa (Stati Uniti) jew kilometri fis-siegħa (internazzjonali).
L-istrument tad-dawl ta’ wara jiġi attivat wara dewmien qasir. Id-dawl ta’ wara jinbidel meta l-dawl ambjentali jinbidel (bħal meta tgħaddi minn mina).
Takometru
AVVIŻ
Ara t-taqsima RAMMOKANDAZZONIJIET TAL-OPERAR. Tħaddimx il-magna ’l fuq mill-RPM massimu tas-sigurtà kif muri taħt OPERAZZZJON (żona ħamra fuq t-takometru). Baxxi l-RPM billi taqleb fuq gear ogħla jew tnaqqas l-ammont tat-throttle. Nuqqas milli tbaxxi l-RPM jista' jikkawża ħsara lit-tagħmir. (00159a)
It-takometru jkejjel il-veloċità tal-magna f’revoluzzjonijiet fil-minuta (rpm x 100).
Gejġ tal-Fjuwil
Il-gejġ tal-fjuwil jindika l-ammont approssimattiv tal-fjuwil fit-tank tal-fjuwil.
FLHP: Ara
Figura 1. L-arloġġ tal-gejġ tal-fjuwil qiegħed fuq in-naħa tax-xellug tat-tank tal-fjuwil.
FLHTP: Ara
Figura 2. Il-gejġ tal-fjuwil qiegħed fuq il-panew tal-istrument.
Voltmeter: FLHTP
Ara
Figura 2 . Il-voltmeter jindika l-vultaġġ imkejjel tas-sistema elettrika. Bil-magna mixgħula ’il fuq minn 1500 rpm u l-batterija ċċarġjata kompletament, il-voltmeter jindika 13.0-14.5 volts.
Figura 1. Strumenti u Indikaturi: FLHP
Figura 2. Strumenti u Indikaturi: FLHTP