Biddel iż-żejt tal-magna spiss f’kundizzjonijiet klimatiċi aktar kesħin. Jekk il-mutur ta' spiss jinstaq inqas minn 24 km (15 mili), f'temperaturi ambjentali taħt is-16 °C (60 °F), naqqas l-intervalli tal-bdil taż-żejt għal 2,400 km (1500 mili).
NOTA
Temperaturi ambjentali aktar baxxi jeħtieġu bdil taż-żejt aktar frekwenti.
Fwar tal-ilma huwa prodott sekondarju normali tal-kombustjoni. Waqt it-tħaddim f’temp kiesaħ, xi fwar tal-ilma jikkondensa għal forma likwida fuq l-uċuħ kesħin ġewwa l-magna. F’temp iffriżat, dan l-ilma jsir semi likwidu (slush) jew silġ. Jekk il-magna ma tiġix msaħħna biex tilħaq it-temperatura tat-tħaddim, is-slush jew silġ jimblokka il-pajpijiet taż-żejt u jikkawża ħsara fil-magna. Maż-żmien, l-ilma se jakkumula, jitħallat maż-żejt tal-magna u jifforma ħama li huwa ta’ dannu għall-magna.
Iċċekkja d-dipstick kuljum għal evidenza ta' ħama li tidher bajda qisha ħalib Biddel l-żejt u l-filtru jekk tinstab il-ħama jew ħu vjaġġ twil jekk tinqabad kmieni.
Jekk il-magna titħalla tilħaq it-temperatura tat-tħaddim, ħafna mill-ilma jevapora u joħroġ mill-pajp tal-arja tal-għatu tal-krank. Vjaġġ twil li jġib iż-żejt tal-magna sat-temperatura tat-tħaddim għandu jsir wara diversi vjaġġi qosra ripetuti biex jgħin biex jneħħi l-ilma fil-crankcase.
Mhux rakkomandat li tistartja l-magna ripetutament f'temp kiesaħ mingħajr ma ssuq il-mutur.